Saturday, February 16, 2008

Partit tal-isponoz

Elections here in Malta are very close, and I must say that a lot of people take it with a pinch of salt. Take a look at this Maltese written satire:

L-ahwa, Ghaqqadna partit gdid bl-isem il-Partit ta l-isponoz. Fost il-mizuri li ha niehdu dawn huma ftit mil-hafna:

1) Il-familja naghtuwha valura aktar. 3 day week xoghol ghal kulhadd u jithallas ta 7 day week halli il-familja ikollha katar hin flimkien.

2) kull hadd intitolat ghal 50 gurnata leave k ull sitt xhur

3) Innehhu l-Burokrazija fuq il-post tax-xoghol....jigifieri min jiehu sick jinqataw ic-cerimonji tat-tobba u certifikati.

4) Il-prodott lokali dejjem kien ghal qalbna. Jinghataw permessi anke fl-ispizeriji biex tinbiegh il-birra maltija u ovvjament tkun issusidjata.

5) Il-Mepa, mhux nirrangawha imma innehhuwha darba ghal-dejjem halli zgur hadd ma jgerger.

6) Nillegalizzaw il-haxixa ghax biha u minghajrha, skond l-istudju li ghamilna, nofs il-poplu fl-ispazju qieghed.

7) Bhala Gvern, nintrabtu biex nohorgu allowances ghall kull min isiefer fuq vaganza, specjalment fejn l-individwi jonfqu aktar minn elfejn euro.

8) Il-valur ta L-euro nghamluh daqs dak tal-maltija u indahhlu id-dollar u l-isterlina biex nikkompetu ma l-inglizi u l-Amerikani.

9) Naghtu garanzija, li jekk anke niehdu tkaxkira ta kristu fil-Eurovison, dan xorta isir Malta

10) Jitwahhlu tabelli Kbar fil-bahar jippuntaw lejn l-italja u jinghataw mapep ta navigazzjoni ghall-italja lill kull klandestin li jkun gej lejn Malta.

11) Il-programm "dejjem tieghek Becky" jieqaf mal-ewwel mix-xandir

12) Tinfetah bajja topless u jinghataw trombi b'xejn lil kulhadd

13) Johorgu permessi specjali ghall dawk kollha li biex jiccelebraw ir-rebha tal-partit taghna, jiddeciedu li jifqaw xi kazin, jixhtu xi landa zebgha jew jorbtu xi Billboard ma wara tal-karozza taghhom.

14) Inzidu it-turizmu f-pajjizna - Kemmuna nibdluwha f'post aqwa minn IBIZA. Ahna turisti zghazagh ingibu li jgawdu u jonfqu, mhux bhall partiti l-ohra, balla xjuh jaraw xi tempju - (borg gebel mitfuh addocc). Dawk flixkun ilma bejn 5 biss jixtru. Sakemm ma ttijhomx xi taqliba u nispiccaw induru bihom il-Materdei!!

15) Naqtaw ghal-kollox, dik it-tikka, u nerga nghid, vera tikka, korruzjoni li hemm fil-football malti. B'hekk biss nistaw xi darba nikkompetu fit-tazza tad-dinja!

16) Xoghol - B'harsien u dinjita. Jigifieri aktar minn 4 sieghat kuljum kollu zejjed.

17) Peress li nafu li F'malta hawn iz-zejt (avolja hadd ma fadallu zejt f'wiccu), is-surcharge tispicca darba ghal dejjem u nrohhsu id-dawl fuq pjan ta 3 snin sakemm ingibuh b'xejn.

18) Nifthu skola gdida ghal dawk il-bdabad kollha li ghandhom bzonn tikka edukazzjoni specjali, biex hadd ma jibqa lura!

19) Innehhu L-VRT minn pajjizna halli nergaw naraw karozzi klassici (tipo xi triumph, Anglia, Capri etc etc) jiccirkulaw f'pajjizna.

20) Biex inheggu lin-nies juzaw it-trasport pubbliku, ha naghtu borza imqaret b'xejn hekk kif tasal il-belt u tipprezenta il-biljett tal-linja

Iva, Flimkien kollox possibli anke xi Pjan ghall-bidu gdid. Ivvutalna u tara!!
Post a Comment